Basketball:Finali bejn Falken Cynergi Virtus u Floriana Cafè Del Mar

TAZZA LOUIS BORG – IRĠIEL

minn Colin Schembri

Hibernians 63

Falken Cynergi Virtus 135

(18-38)(15-28)(11-47)(19-22)

Falken Cynergi Virtus irkupraw bil-kbir mit-telfa li ħadu fil-finali tan-Knock Out meta kisbu rebħa kbira fuq Hibs 135-63. Virtus kienu diġa għaqqdu l-mitt punt fit-tielet sessjoni, xi ħaġa rari ferm speċjalment fix-xena lokali. Hibs, kellhom 41 turnover u l-istil tal-logħob tagħhom ma kienx bħas-soltu hekk kif ic-Champions ftit li xejn tawhom ċans. Wara bidu bilanċjat, Virtus kellhom run ta’ 13-6 b’diversi punti ta’ Chris Santo. Virtus komplew bit-three pointers minn Robert Bonnici u Jacob Formosa u minkejja li Hibs kellhom il-punti minn Luke Farrugia, punti konsekuttivi ta’ David Bugeja raw lil Virtus jagħlqu l-ewwel perjodu 38-18 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Virtus bdew bi break ieħor ta 20-2 b’aktar three pointers minn Santo u David Camilleri. Hibs waqqfuhom bi trippla ta’ Kieron Caruna però l-punti ta’ Virtus komlew ġejjin u daħlu jistrieħu 66-33 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Virtus kienu dominanti u bdew b’run ta’ 13-3 bi trippla ta’ Camilleri. Wara basket ta’ Marco Matijevic, Virtus kellhom run qawwija ta’ 26-0 fejn Camilleri kellhu żewġ trippli oħra flimkien ma’ Shawn Pace li kiseb il-mitt punt. Is-sessjoni ntemmet b’Virtus 113-44 minn fuq. L-aħħar taqsima kienet l-aktar waħda bilanċjata għalkemm Virtus kellhom run oħra ta’ 10-0. Hibs kellhom il-punti ta’ Ryan Carabott qabel ma tkeċċa Simon Attard fuq żewġ fouls anti-sportivi. Jacob Formosa kellhu l-aħħar punti ta’ Virtus bil-partita tagħlaq bi trippla ta’ Caruana għal skor ta’ 135-63.

Hibs : P. Attard 4, M. Houmpton 6, G. Agius, L. Farrugia 8, S. Attard 4, I. Bonett 4, K. Caruana 11, R. Carabott 12, K. Sultana, S. Vella, F. Mariani 6, M. Matijevic 5.

Falken Cynergi Virtus : S. Pace 14, D. Bugeja 20, R. Bonnici 12, D. Camilleri 19, A. Schembri, J. Formosa 18, A. Felice Pace, C. Santo 46, L. Sobers, P. Shoults 6, T. Grech.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Floriana Cafè Del Mar 68

 

Pavi Depiro 66

(15-10)(17-18)(16-16)(20-22)

Floriana Cafè Del Mar batew iktar milli mistenni biex rebħu l-ewwel leg tas-semifinali tagħhom kontra Pavi Depiro. Fil-fatt kien three pointer ta’ Lee Ross fl-aħħar minuta li poġġijhom fuq quddiem u rebħu l-partita 68-66. Floriana bdew bil-punti ta’ Chad Patus u Anton Axiaq fil-waqt lil Depiro rrispondew bil-punti ta’ Michael Nwelue flimkien ma’ Timothy Zammit u Kurt Xuereb għal skor ta’ 15-10. Fit-tieni sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Floriana baqgħu 5 minn fuq 21-16. Depiro mbagħad kellhom run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Zammit biex marru basket minn fuq 23-21. Floriana rkupraw bil-punti ta’ Patus u Andrew Micallef Trigona li kellhom ukoll trippla kull wieħed biex daħlu jistrieħu 32-28 minn fuq.

Wara l-intervall, Depiro baqgħu viċin bil-punti ta’ Micheal Nwelue u Nicholas Grech. Punti ta’ Sean Borg, Nigel Sultana u Patus kabbru l-vantaġġ Furjaniż għal darb’oħra però Depiro wieġbu mill-ġdid bi three pointers ta’ Xuereb u Grech u naqqsu d-distakk għal 4 punti 48-44. Fl-aħħar taqsima, Depiro marru minn fuq wara punti minn Nwelue u Xuereb. Floriana wieġbu primarjament permezz ta’ Ross u Patus li kellhom wkoll trippla. Iżda Depiro ma ċedewx u marru minn fuq wara run ta’ 8-0 u fetħu vantaġġ ta’ sitt punti 65-59. Floriana rkupraw lejn it-tmiem u għaqqdu run ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Ross li tathom il-vantaġġ li żammewh sat-tmiem bid-Depiro jżommu ħajjin it-tamiet tagħhom li jikkwalifikaw għall-finali.

Floriana Cafè Del Mar : C. Patus 30, L. Ross 13, N. Sultana 4, S. Borg 4, A. Portelli, C. Calleja 4, A. Axiaq 2, A. Micallef Trigona 11, N. Andrejevic.

Pavi Depiro : J. Attard, M. Agius, J. Camilleri, D. Schembri, A. Aquilina, N. Grech 8, T. Zammit 18, M. Mallia 3, V Vlachos, K. Xuereb 16, M. Borg, M. Nwelue 21.

Referees: Emanuel Magani, Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Falken Cynergi Virtus 90

Hibernians 73

(25-15)(20-22)(20-23)(25-13)

Aggregate: 225-136

Wara r-rebħa kbira fl-ewwel partita li aċċertat lil Falken Cynergi Virtus minn post fil-finali, din il-partita serviet primarjament biex il-coach Paul Ferrante jagħti ħin fuq il-court lil players inqas utiliżżati s’issa. Hibs offrew sfida aħjar mill-ewwel leg u naqqsu t-turnovers u kellhom riżultat aħjar. Hibs għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-partita minn Kieron Caruana u Marco Matijevic. Virtus wieġbu bi break ta’ 14-2 bi trippli ta’ Saviour Bonnici u Jacob Formosa qabel ma Caruana wieġeb bi trippla għal Hibs. Virtus komplew iżidu d-distakk biex temmew l-ewwel sessjoni 25-15 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs naqqsu d-distakk wara punti minn Matijevic u Ryan Carabott. Virtus kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Peter Shoults però Hibs irnexxielhom jieħdu l-vantaġġ wara trippli minn Luke Farrugia u Carabott 37-35. Hawn però Virtus għaqqdu run ta’ 10-0 sat-tmiem it-taqsima biex daħlu jistrieħu 45-37 minn fuq.

Wara l-intervall, Virtus komplew b’run oħra ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Formosa u Shawn Pace. Hibs reġa’ kellhom mument posittiv u għamlu break ta’ 18-2 bil-punti ta’ Matijevic u trippla ta’ Caruana biex naqqsu d-distakk għal punt. Punti tal-Amerikan Chris Santo għalqu s-sessjoni għal Virtus fuq skor ta’ 65-60. Il-vantaġġ tac-champions reġa’ kiber għal 12 –il punt fl-aħħar taqsima 80-68 wara trippla ta’ Robert Bonnici. Hibs kellhom il-punti ta’ Matijevic qabel ma Virtus għalqu l-partita bil-freethrows ta’ Francois Bartolo flimkien ma’ Alec Felice Pace u Formosa biex rebħu l-partita 90-73.

Falken Cynergi Virtus : S. Pace 7, D. Bugeja, R. Bonnici 12, D. Camilleri 11, S. Bonnici 8, J. Formosa 14, A. Felice Pace 4, C. Santo 22, L. Sobers, F, Bartolo 4, P. Shoults 6, T. Grech 2.

Hibs : P. Attard 2, M. Houmpton, G. Agius, L. Farrugia 9, I. Bonett 5, K. Caruana 15, R. Carabott 14, K. Sultana, R. Cortis, F. Mariani 4, M. Matijevic 24.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Pavi Depiro 65

Floriana Cafè Del Mar 80

(18-30)(19-15)(11-18)(17-17)

Aggregate: 131-148

Floriana Cafè Del Mar kisbu d-dritt li jikkontestaw il-finali tat-tazza Louis Borg kontra c-Champions Virtus fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla meta għelbu lil Pavi Depiro 80-65 biex għaddew b’aggregate score ta’ 148-131. Wara l-bilanċ li kien hemm fl-ewwel leg bi Floriana jerbħu distakk ta’ basket, Floriana fetħu qawwi bl-ewwel 13 –il punt tal-partita b’żewġ trippli ta’ Lee Ross u oħra ta’ Nigel Sultana. Depiro bdew iwieġbu bil-punti ta’ Malcolm Mallia u Michael Nwelue flimkien ma’ Timothy Zammit. Floriana kellhom aktar trippli minn Sultana, Sean Borg u Chad Patus biex kabbru l-vantaġġ 30-13 bid-Depiro jagħlqu s-sessjoni b’sitt punti għal skor ta’ 30-18. Depiro bdew it-tieni taqsima bi break ta’ 15-2 b’diversi punti ta’ Nwelue u trippla ta’ Andrew Aquilina u marru punt minn fuq 33-32. Floriana rkupraw u qabel l-intervall għamlu break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Patus u daħlu jistrieħu 45-37 minn fuq.

Fit-tielet taqsima Floriana komplew jinqatgħu mill-avversarji meta għamlu run ta’ 14-0 b’punti minnPatus flimkien ma’ Sean Borg. Depiro ma ċedewx u rrispondew bi break ta’ 9-1 bi trippla ta’ Kurt Xuereb biex reġgħu naqqsu d-distakk 48-63. Huma komplew fil-ftuħ tal-aħħar taqsima bi 8 punti konsekuttivi bi trippla ta’ Zammit. Floriana kellhom żewġ trippli konsekuttivi minn Nigel Sultana biex reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 15 –il punt 73-58. Depiro ma rnexxielhomx jergħu jirkupraw biex Floriana żammew il-vantaġġ sat-tmiem u rebħu l-partita 80-65.

Pavi Depiro : J. Attard 1, M. Agius, J. Camilleri, D. Schembri 2, A. Aquilina 9, N. Grech, T. Zammit 14, M. Mallia 4, K. Xuereb 9, M. Borg, M. Nwelue 26.

Floriana Cafè Del Mar : C. Patus 25, D. Borg, L. Ross 14, N. Sultana 16, S. Borg 15, A. Portelli 7, C. Calleja, A. Axiaq 2, A. Micallef Trigona 1, N. Andrejevic.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Magani

..more

Basketball:Hibs, Luxol in Louis Borg Cup final

As expected, Caffè Moak Luxol and Hibs Electrofix progressed to the final of the Louis Borg Cup after eliminating Starlites Sports Experience and Gżira Athleta, respectively, in the two-legged semi-finals played last weekend.

Although Hibs were the favourites, more was expected from Athleta as the first leg was a balanced affair with the Paola girls winning it 53-45.

However, any hopes Athleta might have had of cancelling out that deficit were all but dashed in the opening two quarters of the second leg as Hibs changed ends 46-18 ahead.

Athleta were unable to repeat their first-leg effort as Hibs went on to emerge as clear winners 72-40 on the day and 125-85 over both legs.

Luxol met little difficulty against a young and inexperienced Starlites team.

They started pulling away in the second quarter of the first leg to change ends 40-19 ahead. They continued to dominate as the clear 87-29 win amply shows.

The second leg on Sunday was a mere formality as Luxol again imposed their superiority.

After leading 35-16 at half-time, they stepped up the pace on the restart to win 81-23 and 168-52 on aggregate.

Before the Louis Cup clash, Luxol and Hibs meet again in the St James KO final, scheduled for the coming weekend.

..more